Midja

L-Ambaxxatriċi tal-Istat tal-Iżrael, l-Eċċellenza Tagħha Ruth Cohen-Dar, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Waqt il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar aġġornamenti fir-rigward tal-qbil fuq waqfien mill-ġlied fil-Lvant Nofsani, kif ukoll ġew diskussa l-potenzjal tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali b’mod speċjali fis-setturi tan-negozju, tal-kummerċ u anke tat-turiżmu.