Midja

L-Ambaxxatriċi mhux residenti għar-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, l-Eċċellenza Tagħha Nogozene Bakayoko, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Matul il-laqgħa, l-Ambaxxatriċi tkellmet dwar il-prijoritajiet tal-Kosta tal-Ivorju u l-importanza li qed tingħata biex jinħolqu opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni diversifikati, fosthom ma’ pajjiżna, f’setturi bħall-agrikoltura u l-kummerċ.