Midja

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Liberja, l-Eċċellenza Tagħha Genevieve Kennedy, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

L-Ambaxxatriċi tkellmet dwar l-importanza tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li saħqet fuq l-impenn tagħha li tesplora setturi ta’ kooperazzjoni ġodda fosthom fil-marittimu, l-agrikoltura u l-promozzjoni tal-ugwaljanza.