Midja

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Paragwaj, l-Eċċellenza Tagħha María José Argaña, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

L-Ambaxxatriċi stqarret li għandha rieda biex ittejjeb ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli ssir ħidma attiva biex tiżdied il-kooperazzjoni fuq skala bilaterali u multilaterali.