Midja

L-E.T. Daovy Vongxay, Ambaxxatur tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Hekk kif din is-sena timmarka l-ħmistax-il sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Laos, iż-żewġ naħat qablu li għandu jsir sforz biex tissaħaħ il-kooperazzjoni f’oqsma bħall-edukazzjoni, il-kultura u t-turiżmu, filwaqt li jkomplu jaħdmu flimkien fuq livell internazzjonali favur il-paċi, is-sigurtà u r-rispett lejn l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli.