Midja

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Armenja, l-Eċċellenza Tiegħu Vladimir Karapetyan, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

L-Ambaxxatur tkellem dwar l-impenn tiegħu b’risq ħidma attiva bejn iź-żewġ pajjiżi, mibnija fuq relazzjonijiet tajbin u żjarat reċiproċi mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi tul dawn l-aħħar snin.