Midja

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova, l-Eċċellenza Tiegħu Oleg Nica, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Matul il-laqgħa, fost affarijiet oħra ġew diskussa t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali fosthom fis-settur tal-edukazzjoni, u fuq livell multilaterali f’fora bħall-Kunsill tal-Ewropa.