Midja

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eċċellenza Tiegħu Zhang Zuo, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
 
Id-diskussjoni ffukat fuq kollaborazzjoni kurrenti fis-setturi kummerċjali u edukattivi, filwaqt li ġie diskuss ukoll il-potenzjal li dawn ir-rabtiet kummerċjali, kulturali u ekonomiċi bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu.