Midja
L-Ambaxxatur għar-Repubblika tal-Indoneżja, l-E.T. Junimart Girsang, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur esprima x-xewqa li jissaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni potenzjali ma’ Malta.
L-E.T. il-President enfasizzat li ż-żewġ pajjiżi, bħala arċipelogi b’identità marittima qawwija, għandhom diversi oqsma komuni fejn jistgħu jikkollaboraw, kemm fuq skala bilaterali f’setturi bħan-negozju u l-edukazjzoni u anke f’fora multilaterali.



