Midja

Bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank, il-Ġimgħa filgħodu l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-iskola primarja ta’ Ħal Luqa, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju.


Waqt sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-istudenti, il-President irringrazzjathom talli bil-ġest tagħhom bħala parti minn din il-kampanja, huma se jkunu qed jgħinu lil persuni oħra b’mod dirett.