Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kompliet biż-żjarat tagħha fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.
F’Santa Luċija, il-President żaret l-Iskola Sekondarja Margaret Mortimer, parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore, fejn spjegat l-importanza ta’ din il-kampanja, biex il-Malta Community Chest Fund tkompli tgħin lil dawk kollha fil-bżonn.
L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jsaqsu diversi mistoqsijiet lill-Eċċellenza, fosthom dwar ir-rwol tal-iskejjel u tal-edukaturi biex jgħinu lill-istudenti jifhmu kemm hu importanti l-valur li nkunu solidali lejn xulxin.