Midja
Is-Sibt filgħaxija, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, saret l-34 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards li matulha ngħataw rikonoxximenti lill-ġurnalisti u ħaddiema tal-midja għax-xogħol li wettqu matul is-sena
Matul is-serata, kien rikonoxxut ukoll il-Professur Ġorġ Mallia, li ngħata l-Gold Award għal kontribut tiegħu lill-qasam tal-midja f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, irrikonoxxiet il-ħidma tal-ġurnalisti, l-importanza tal-professjoni tagħhom fis-soċjetà u l-isfidi li jaħdmu fihom. Dan waqt li fakkret lill-ġurnalisti fir-responsabbiltà tagħhom lejn il-verità, l-informazzjoni ivverifikata, korretta u etika.
Il-President ferħet lit-tmexxija l-ġdida awgurat ħidma sfieqa lit-tmexxija l-ġdida tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, u awgurat li jkompli d-djalogu sinċier mal-awtoritajiet biex ikompli jissaħħaħ il-ġurnaliżmu f’Malta, tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-libertà tal-istampa f’pajjiżna waqt li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-professjoni.



