Midja
Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, skambjat l-awguri tradizzjonali tal-Milied mal-Prim Ministru Robert Abela, li kien akkumpanjat minn martu, Dr Lydia Abela, u binthom, Giorgia Mae, mal-Arċisqof ta’ Malta, Charles J Scicluna, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, u Sarah Bajada, fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta.
Fost l-oħrajn, skambjat l-awguri wkoll mal-membri tal-Kabinett, u s-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Membri Parlamentari, kif ukoll il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u membri tal-Ġudikatura.
































