Midja
Fi Strasburgu, il-President Myriam Spiteri Debono kellha laqgħa mal-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE), is-Sur Theodoros Rousopoulos, u s-Segretarju Ġenerali tal- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE), is-Sinjura Despina Chatzivassiliou.
Matul il-laqgħa, il-President kienet akkumpanjata mill-Ministri Ian Borg u Clifton Grima, ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa Francesca Camilleri Vettiger, kif ukoll Moira Attard u Darren Camilleri mill-Uffiċċju tal-President, u l- Kap tad-Delegazzjoni Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa, l-Onor. Naomi Cachia.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Rousopoulos kien akkumpanjat mill-ogħla uffiċjali tal-Uffiċċju tiegħu u tal-PACE.


