Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-E.T. José María Muriel Palomino, Ambaxxtur tar-Renju ta’ Spanja għal Malta, għal laqgħa ta’ tislima fi tmiem il-mandat tiegħu bħala Ambaxxatur għal Malta.
L-Ambaxxatur irringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha għas-sapport li rċieva matul il-mandat tiegħu f’Malta, filwaqt li stqarr kif l-Ambaxxata Spanjola f’Malta ser tkompli bl-impenn tagħha sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.