Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija mis-Sinjura Vanessa Frazier, li nħatret rappreżentat Speċjali għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tfal u l-kunflitt armat.

Is-Sa Frazier qalet li Malta, fuq kull livell, minn dejjem segwiet mill-qrib u ħadmet fuq l-oqsma li se tkun qed tiffoka fuqhom hi f’dan ir-rwol il-ġdid.

Il-President ferħitilha għal dan ir-rwol prestiġġjuż li bih qed tagħmel unur lil isem Malta, u rringrazzjatha tax-xogħol li wettqet f’isem Malta bis-servizz li tat fl-isfera tad-diplomazija u wkoll bħala ambaxxatriċi f’dawn l-aħħar 13-il sena.