Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija mal-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Clinton J O’Neill, u d-Deputat Kmandant, il-Kurunell James L Grech.

Fost affarijiet oħra li ssemmew, il-laqgħa serviet ta’ introduzzjoni tal-Kurunell Grech fir-rwol ġdid tiegħu mal-President, wara l-ħatra tiegħu bħala Deputat Kmandant tal-Armata f’Awwissu li għadda.