Midja
Il-President Myriam Spiteri Debono rċeviet żjara ta’ korteżija minn Shirley Ayorkor Botchwey, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tar-Repubblika tal-Ghana.
Il-President Spiteri Debono u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ghana ddiskutew il-kooperazzjoni bilaterali li għaddejja bejn Malta u l-Ghana f’diversi setturi. Iż-żewġ naħat enfasizzaw l-importanza tal-kummerċ u l-investiment dirett barrani bħala mezz biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li nnutaw il-preżenza sinifikanti ta’ kumpaniji Maltin li diġà joperaw fil-Ghana.
Il-Ministru Ayorkor Botchwey esprimiet l-apprezzament tagħha u enfasizzat is-sinifikat tal-ftuħ tal-Kummissjoni Għolja fil-Ghana, l-ewwel missjoni diplomatika Maltija fl-Afrika Sub-Saħarjana.