Midja

L-Akkademja tal-Malti organizzat serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton, f’ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.

F’messaġġ tal-okkażjoni, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, saħqet kif xogħol Dun Karm, għandu jfakkarna fl-importanza li nippreservaw il-lingwa tagħna, il-Malti.

Hija irringrazzjat lill-Akkademja tal-Malti u l-organizzaturi li kull sena jfakkru lill-poeta nazzjonali, wieħed mill-pilastri tal-identità Maltija.