Midja

Il-Palazz ta’ Sant’Anton ospita ċ-ċerimonja finali tal-Concorso Internazionale Musicale Multikulturale, li matulha ngħataw ir-rikonoxximenti lil skejjel Maltin u Taljani li ħadu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

Fl-indirizz tagħha lil dawk preżenti, fil-maġġoranza tagħhom studenti tal-mużika ta’ bejn il-11 u d-19-il sena, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fissret din l-inizjattiva mhux biss bħala ċelebrazzjoni ta’ eċċellenza artistika, imma wkoll espressjoni b’saħħitha tal-valuri li jgħaqqdu s-soċjetà Maltija u dik Taljana permezz tal-kultura, l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni.

F’Malta, dawn l-istudenti kellhom l-opportunità li jesprimu t-talent mużikali tagħhom matul erba’ serati bil-kollaborazzjoni tal-Malta School of Music.