Midja

Il-Ħadd filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għal kunċert mill-banda tas-Soċjeta’ Mużikali Trinita’ Qaddisa Marsa A.D. 1949, fil-Kastell Verdala.
Il-kunċert ġab fi tmiemhom tlett’ijiem ta’ attivitajiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa bħala parti mill-ewwel edizzjoni ta’ Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni, b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd, mijiet ta’ familji żaru l-Kastell Verdala u segwew attivitajiet fosthom il-Mixja Bibblika, il-Via Matris, kif ukoll diskussjonijiet u attivitajiet oħra.