Midja
L-attività nazzjonali b’risq il-Malta Community Chest Fund, “Il-Mixja tal-President”, din is-sena se ssir il-Ħadd 30 ta’ Novembru.
It-tluq se jkun minn żewġ postijiet, mill-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard u mill-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fit-9:15am. Minn hemm imbagħad il-parteċipanti jiltaqgħu Blata l-Bajda sabiex flimkien jimxu lejn il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.
Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop li fost l-oħrajn kienet indirizzata mill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta.






