Midja
Il-Mixja se tibda fid-9.15am, bit-tluq mill-Palazz ta’ Sant’Anton u minn Raħal Ġdid. Din is-sena, mal-kumplament tal-parteċipanti se jingħaqdu wkoll atleti ta’ Special Olympics Malta u SportMalta, waqt li membri tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda se joħolqu atmosfera bid-daqq tal-banda.
Il-parteċipanti jintalbu donazzjoni ta’ €10 b’risq il-Malta Community Chest Fund u jingħataw voucher tal-istess valur grazzi għal Eurosport, kif ukoll flokk tal-okkażjoni li jista’ jinġabar mar-reġistrazzjoni li ssir jew fl-uffiċċji tal-Malta Community Chest Fund, mingħand Eurosport, minn fuq ShowsHappening.com, kif ukoll mill-faċilitajiet ta’ SportMalta.
Id-dettalji ta’ din l-edizzjoni ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, indirizzata Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri, ix-Shadow Minister għall-Isport Graham Bencini, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, u Kevin Chircop, Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed.


