Midja

Tnediet it-22 edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, b’risq il-Malta Community Chest Fund

F’messaġġ li għaddiet matul konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San’Anton, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, irrigrazzjat lill-edukaturi u lill-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex li permezz ta’ din il-kampanja, kull sena, jgħinu lill-Malta Community Chest Fund.

Il-President qalet li f’inizjattivi bħal dawn tibda tara u tmiss b’idejk l-għaqda, bil-Malta Community Chest Fund hija għodda biex tiġbor lil kulħadd, lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.