Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kompliet biż-żjarat tagħha fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.
Waqt żjara fl-Iskola Medja Dr Maria Sciberras ta’ Ħal Kirkop, il-President laqgħet mistoqsijiet mill-istudenti, u tkellmet magħhom dwar il-ħidma tagħha u tal-Malta Community Chest Fund.
Il-President aċċennat li d-donazzjonijet tal-istudenti, magħquda ma’ dawk tal-kumplament tal-poplu, jiggarantixxu li kull min jiġi bżonn il-Malta Community Chest Fund isib l-għajnuna kollha li jkollu bżonn.






