Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono żaret Għawdex u l-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.

F’messaġġ lill-istudenti, il-President appellatilhom biex fil-ħajja tagħhom, ta’ kuljum jaħdmu għall-ġid ta’ xulxin. Ħeġġithom ukoll biex dak li għandhom jagħmlu, jagħmluh illum u mhux għada, jagħmluh sew, u biex ikunu ta’ spalla u wens għal kull min ikollu bżonn.