Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret l-iskola sekondarja St Joseph tal-Blata l-Bajda, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank Campaign.

Waqt sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba mal-istudenti, li staqsew dwar suġġetti varji fosthom l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum, il-President tkellmet ukoll dwar l-importanza tal-Malta Community Chest Fund għall-morda u l-qraba tagħhom.

Il-President ħeġġet lill-istudenti biex ikunu katina waħda b’risq il-batut, sa minn eta’ żgħira, u jingħaqdu flimkien mal-istudenti kollha madwar Malta u Għawdex f’din l-inizjattiva.