Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija mir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Frank Bezzina, u l-Pro Retturi ġodda li ser ikunu qed jgħinuh fil-ħidma tiegħu.

Waqt il-laqgħa, ir-Rettur u l-Pro Retturi spjegaw il-funzjonijiet tal-ħidma l-ġdida tagħhom, li tkopri r-riċerka, it-tagħlim matul il-ħajja, l-istudenti, is-sostenibbiltà u l-internazzjonalizzazzjoni.

Min-naħa tagħha, il-President ta’ Malta ferħitilhom għall-irwol ġdid tagħhom u awguratilhom l-aqwa ħidma.