Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Binja tal-Gvern tingħata lill-Malta Community Chest Fund biex tintuża għal proġett soċjali

L-Awtorità tal-Artijiet ittrasferiet proprjetà fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara, lill-Uffiċċju tal-President sabiex ikompli jappoġġja lill-Malta Community Chest Fund (MCCF), sabiex twessa’ s-servizzi li toffri fil-qasam soċjali u tintuża bħala parti minn proġett pilota li se jgħin persuni vulnerabbli biex ikollhom ħajja indipendenti.

Dan it-trasferiment ġie fformalizzat permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat illum fil-Palazz ta’ San Anton, mis-Segretarju tal-Presidenza u mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet. L-iffirmar kien ippresedut mill-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, u mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li dan il-pass juri l-impenn tal-Gvern biex juża l-assi pubbliċi bl-aħjar modi possibbli għall-benefiċċju tal-komunità.

“Dan il-ftehim huwa eżempju ċar ta’ kif il-Gvern qed jagħti valur soċjali lill-proprjetajiet pubbliċi billi jagħmilhom disponibbli għal inizjattivi li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Permezz ta’ din il-binja, l-Uffiċċju tal-President ser ikun jista’ jkompli jappoġġja l-ħidma tal-Malta Community Chest Fund f’dan il-proġett pilota innovattiv li se jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn biex jimxu lejn ħajja aktar indipendenti,” qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Fid-diskors tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono qalet li l-għan oriġinali li għalih twaqqfet il-Malta Community Chest Fund minn dejjem kien li jindirizza l-bżonnijiet tal-vulnerabbli. Hija saħqet dwar l-importanza li l-Malta Community Chest Fund tifrex u ssaħħaħ is-servizzi li toffri fil-qasam soċjali. Hija qalet li dan huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett pilota.

Il-President ta’ Malta rringrazzjat lill-Gvern għal din l-inizjattiva.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.