Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Eluf jattendu għall-Mixja tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund

Saret b’suċċess edizzjoni oħra ta’ ‘Il-Mixja tal-President’, li ġabret flimkien lil eluf ta’ persuni li mxew għal Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din is-sena, il-Mixja tal-President introduċiet mill-ġdid rotta min-naħa ta’ isfel ta’ Malta, hekk kif il-parteċipanti nġabru kemm fil-Palazz ta’ Sant’Anton kif ukoll f’Raħal Ġdid għal għan nobbli.

Huma ngħaqdu wara l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru Robert Abela, l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J Scicluna, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg f’din l-inizjattiva li ilha ssir sa mill-2008.

Mal-wasla tagħhom quddiem il-Parlament ta’ Malta, il-parteċipanti kienu akkumpanjati minn banda tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, kif ukoll atleti ta’ Special Olympics Malta, li wassluhom sa Pjazza San Ġorġ.

Fid-diskorsi tal-ogħla awtoritajiet ta’ Malta, fi tmiem il-Mixja tal-President, spikka messaġġ komuni ta’ rikonoxximent għall-għaqda nazzjonali u ġenerożità, riflessi fil-parteċipazzjoni qawwija ta’ din is-sena, ta’ eluf ta’ persuni li nġabru flimkien u bid-donazzjoni tagħhom jagħmluha possibbli li l-Malta Community Chest Fund tgħin lil dawk kollha li jiġu fil-bżonn.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.