Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Ħatra ta’ Imħallef ġdida

​Il-President ta’ Malta tgħarraf li:

Wara li fis-7ta’ Novembru 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, ai termini ta’ Artikolu 96B (1) u Artikolu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, għal ħatra ta’ Imħallef ġdid, li l-applikazzjonijiet għaliha kienu jagħlqu fit-28ta’ Novembru 2025, fis-6ta’ Jannar 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta datat ukoll is-6ta’ Jannar 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta datat ukoll is-6 ta’ Jannar 2026 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret it-Tnejn 22ta’ Diċembru 2025 fejn ġew evalwati it-tnax (12)-il espressjoni ta’ interess għal ħatra ta’ Imħallef.

Dan ir-Rapport poġġa għall-kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta’ tlett kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idoneji u minn dawn it-tlett ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta il-President jagħżel wieħed.

It-tliet ismijiet imressqa f’ordni alfabetika kienu ta’:

  1. Galea Charmaine
  2. Stafrace Zammit Claire, u
  3. Sultana Brigitte

Minn dawn it-tlett ismijiet jiena nagħżel dak ta’ Galea Charmaine.

Billi skont l-Artikolu 96 (1) tal-Kostituzzjoni l-Imħallfin tal-Qrati Superjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, lil Galea Charmaine sabiex isservi ta’ Imħallef tal-Qrati Superjuri.

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idoneji u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu pubblikati huma dawk li jidhru aktar il fuq f’din l-istqarrija.

B’dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta’ Imħallef skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fis-7 ta’ Novembru 2025 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Imħallef ġdida u tirringrazzja lil membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.