L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Raymond Sarsero, Ambaxxatur Mhux Residenti għas-Sultanat tal-Oman.
L-Ambaxxatur Sarsero tkellem dwar ir-relazzjonijiet kordjali li jeżistu bejn Malta u l-Oman u dwar opportunitajiet għal aktar kooperazzjoni.
Il-President ferħitlu għall-ħatra tiegħu u awguratlu mandat siewi u produttiv.