Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President issellem il-memorja tal-Aġent President, Dr Francis Zammit Dimech

 L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ssellem il-memorja tal-Aġent President, Dr Francis Zammit Dimech.

“Dr Zammit Dimech iddedika ħajtu għas-servizz pubbliku. Irrappreżenta lil Malta fuq livell Ewropew u lokali, u matul il-karriera professjonali u politika tiegħu kiseb ir-rispett ta’ dawk kollha li ħadmu miegħu, irrispettivament mill-fehmiet politiċi,” stqarret il-President ta’ Malta.

L-E.T. Myriam Spiteri Debono rrimarkat ukoll kif “Francis Zammit Dimech baqa’ jservi lill-pajjiż anke meta kien għaddej minn perjodu diffiċli ta’ saħħa, fil-kariga ta’ Aġent President.”

F’dan il-mument diffiċli, il-President Myriam Spiteri Debono twassal il-kondoljanzi lill-qraba, kollegi u ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech.
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.