Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President issellem il-memorja tal-Perit Michael Falzon

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ssellem lill-Perit Michael Falzon, li sal-lum stess kien għadu għaddej bil-ħidma tiegħu bħala opinjonista, u l-opinjonijiet li kien jesprimi kienu mistennija u mfittxija.

Hija fakkret illi l-Perit Falzon serva lill-poplu bħala deputat parlamentari u ministru, filwaqt illi fit-tmeninijiet ikkontribwixxa wkoll bħala uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista.

Meta tbiegħed mix-xena politika kien strumentali biex permezz tal-professjoni tiegħu ta’ perit influwenza ċerta regolazzjoni li kienet ta’ fejda  għall-industrija tal-bini.