L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. George Borg, Kummissarju Għoli mhux residenti ta’ Malta għall-Ġamajka.
Il-Kummissarju Għoli tkellem dwar l-impenn tiegħu biex jinħolqu opportunitajiet ġodda fir-relazzjonijiet bejn Malta u dan il-pajjiż fil-Karibew, fosthom fejn jidħol it-turiżmu u l-edukazzjoni. Aċċenna wkoll għall-fatt li ż-żewġ pajjiżi huma gżejjer żgħar.
Il-President ferħitlu għal din il-kariga l-ġdida bħala rappreżentant ta’ Malta għall-Ġamajka, u awguratlu għall-ħidma tiegħu fl-interess ta’ Malta.