L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Reuben Gauci, l-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Malta għall-Ġappun.
Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-ħidma li qed issir u l-potenzjal biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġappun, b’mod partikolari fil-qasam kummerċjali, turistiku u marittimu, kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni ta’ prodotti Maltin lejn il-Ġappun.
Il-President awgurat lill-Ambaxxatur Gauci kull suċċess fil-kariga l-ġdida tiegħu u ħeġġitu biex ikompli jaħdem b’impenn u dedikazzjoni favur l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.