L-E.T. Myriam Spiteri Debono , il-President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-Ambaxxatur nominat ta’ Malta għall-Arabja Sawdita, l-E.T. Roberto Pace.
L-Ambaxxatur Pace tenna l-impenn tiegħu lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi u l-potenzjal ta’ opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni internazzjonali.
Matul il-laqgħa, l-Ambaxxatur Pace kien akkumpanjat mis-Sur James Gauci, Deputat Kap tal-Missjoni ta’ Malta fl-Arabja Sawdita.