L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali lill-Ambaxxatur ġdid ta’ Malta għar-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja, l-E.T. Bernard Hamilton.
Matul il-laqgħa bejniethom ġiet diskussa l-ħidma biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Etjopja, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kummerċ, il-kultura u s-servizzi. Sar aċċenn ukoll għall-importanza li Malta tkompli ssaħħaħ il-preżenza u l-impenn tagħha fil-kontinent Afrikan permezz ta’ aktar kollaborazzjoni ma’ pajjiżi Afrikani.