Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President tirringrazzja lill-poplu wara L-Istrina 2024

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għas-solidarjetà u l-ġenerożità murija ma’ dawk fil-bżonn matul L-Istrina.

Matul 12-il siegħa maratona l-għada tal-Milied, inġabru iktar minn €5.2 miljun, li se jassistu lill-Malta Community Chest Fund fil-ħidma tagħha biex tkompli tgħin lil dawk fil-bżonn.

F’messaġġ indirizzat lil dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom matul L-Istrina, il-President qalet li matul din l-edizzjoni ta’ L-Istrina kompliet tirrealizza li “l-Malta Community Chest Fund għandha ħafna dirgħajn, li qegħdin hemm biex id f’id nagħtu l-għajnuna lil dawk fil-bżonn.”

Waqt li indirizzat lill-poplu, il-President esprimiet il-fiduċja tagħha fil-poplu, u fil-qalb kbira tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Il-President irringrazzjat ukoll lill-mijiet ta’ ħaddiema u voluntiera, li matul is-sena kollha ħadmu biex ittellgħu diversi attivitajiet, kif ukoll biex l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Istrina setgħet tkun suċċess.