Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Ippreżentati l-Ittri tal-Ħatra lis-Sur David Muscat bħala r-Rappreżentant ta’ Malta għall-Palestina

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri tal-Ħatra lis-Sur David Muscat bħala r-Rappreżentant ta’ Malta għall-Palestina.
Hu jissuċiedi lill-E.T. Franklin J. Aquilina li riċentement ġie maħtur bħala Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja.
Il-ħatra tas-Sur David Muscat bħala r-Rappreżentant ta’ Malta għall-Palestina, seħħet fl-istess jum li Malta, permezz tal-Prim Ministru Robert Abela, irrikonoxxiet lill-Palestina bħala Stat waqt l-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerika.
Waqt din il-laqgħa li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Il-President aċċennat kif il-pass storiku li għamlet Malta, flimkien ma’ pajjiżi oħra, jista’ jservi sabiex iqarreb għall-paċi dejjiema.
Is-Sur Muscat tenna dwar l-importanza u l-bżonn li l-poplu Palestinjan fil-Medda ta’ Gaża, jibqa’ jingħata l-għajnuna umanitarja meħtieġa, anke kif għamel il-Gvern Malti fl-aħħar jiem billi bagħat konsenja ta’ 250 tunnellata ta’ dqiq.
Hawnhekk, il-President appellat ukoll sabiex dan il-pass storiku jitqies bħala opportunità, ħalli jibqgħu jinbnew u jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istat Palestinjan.
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.