Messaġġ maħruġ fil-31 ta’ Mejju 2026 fit-tmienja u kwart ta’ filgħaxija.
Uffiċjalment il-Kummissjunarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joe Camilleri għadu kemm infurmani verbalment li l-Elezzjoni Ġenerali 2026 intrebħet mill-Partit Laburista b’maġġoranza ta’ voti u Membri Parlamentari. Għada filgħodu jippreżentali r-riżultat b’mod formali.
Għalhekk, skond l-Artikolu 80 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, sejjaħt lil Dr Robert Abela għada, l-ewwel ta’ Ġunju 2026, fil-ħdax ta’ filgħodu, sabiex jieħu l-ġurament tal-Ħatra ta’ Prim Ministru ta’ Malta.
Mill-ġdid nirringrazzja lil kull min b’xi mod kien involut f’dan il-proċess demokratiku.
Inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex ilkoll flimkien inkomplu bil-ħidma b’risq xulxin, u nwettqu din il-ħidma permezz ta’ diskussjoni parteċipattiva, prudenti, meqjusa, u ċivili, fl-ispirtu li aħna lkoll ulied Malta.
Myriam Spiteri Debono
President ta’ Malta