Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta

Illejla, il-President kellha laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela, segwita minn laqgħa separata mal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

Fil-laqgħa mal-Prim Ministru, li kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard, il-Prim Ministru afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni bl-iskop li jintlaħaq qbil dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef.

Aktar kmieni fl-istess jum il-Kap tal-Oppożizzjoni permezz ta’ telefonata ikkomunika x-xewqa tiegħu lill-President li f’laqgħat bejn il-partijiet dwar il-materja, il-President tkun preżenti.

Il-President tisħaq illi din hija materja illi tiddependi minn vot fil-Kamra tar-Rappreżentanti, u wara li tkellmet sew mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-President tesprimi il-konvinzjoni tagħha li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni għandhom l-għaqal neċessarju biex jintlaħaq qbil fl-interess tal-Qrati u l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-Saltna tad-Dritt, l-Istat u fuq kollox il-poplu tagħna.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.