Il-President tħeġġeġ lill-Gvern u l-Oppożizzjoni sabiex fl-ispirtu tal-emendi Kostituzzjonali li saru fl-2020 ifittxu toroq li jwassluhom għal qbil fuq il-ħatra ta’ Prim Imħallef.
Dan fl-interess tal-Qrati u l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-Saltna tad-Dritt, l-Istat u fuq kollox il-poplu tagħna.