L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija mir-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mit-Tfal u l-Kunflitt Armat, l-Eċċellenza Tagħha Vanessa Frazier.
Waqt il-laqgħa, ir-Rappreżentanta Għolja tkellmet fuq il-ħidma tal-uffiċċju tagħha fl-aħħar sitt xhur mindu ħadet dan ir-rwol, u elenkat b’mod speċifiku x-xogħol li sar b’rabta maż-żoni ta’ kunflitt fl-Ukrajna, ir-Russja u l-Lvant Nofsani.
Għal-laqgħa kienet preżenti wkoll Justine Micallef, mill-Uffiċċju tar- Rappreżentanza Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mit-Tfal u l-Kunflitt Armat.