Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Żjara ta’ korteżija mir-Rettur Maġġur tas-Sależjani lill-President ta’ Malta

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton mir-Rettur Maġġur tas-Sależjani, Dun Fabio Attard, flimkien mad-delegazzjoni tiegħu.

Dun Fabio Attard, il-11-il suċċessur ta’ Don Bosco, jinsab fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f’Malta minn mindu ġie elett fil-kariga ta’ Rettur Maġġur f’Marzu li għadda.

Il-President ta’ Malta bdiet billi ferħet lis-saċerdot Għawdxi għal din il-kariga, u nnutat il-ġid kbir li tagħmel il-komunità tas-Sależjani kemm f’Malta u anke f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari maż-żgħażagħ.

Min-naħa tiegħu, Dun Fabio Attard spjega x’ħidma twettaq il-komunità kbira li jmexxi hu f’għexieren ta’ pajjiżi differenti, fosthom anke mal-emarġinati, refuġjati u fil-formazzjoni taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni tagħhom. Huwa temm jgħid li s-Sależjani għandhom anke missjoni fit-tisħiħ tan-nazzjon u l-umanità.

Il-President ingħatat tifkira tal-okkażjoni ta’ din iż-żjara mir-Rettur Maġġur tas-Sależjani.

Flimkien mar-Rettur Maġġur, attendew għaż-żjara ta’ korteżija Fr Eric Cachia SDB, Provinċjal tas-Salesjani ta’ Don Bosco f’Malta, Fr Thathireddy Vijaya Bhaskar Reddy, Segretarju Personali tar-Rettur Maġġur u Fr Jachimowicz Roman Stanislaw, Superjur Reġjonali tal-Ewropa.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.