President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb

Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-kumpanija Best Print Ltd. fejn il-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni ‘Tisjir mill-Qalb’ jinsab fi stadju avvanzat.

Matul iż-żjara, il-President kienet akkumpanjata minn Sina Bugeja, Chairperson tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), u uffiċjali tal-Presidenza u tal-MCCF li ħadmu flimkien fuq din il-pubblikazzjoni.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tiffoka fuq is-sostenibbiltà fit-tisjir, u r-riċetti huma bbażati fuq it-tradizzjoni Maltija fin-nutrizzjoni, l-użu tal-prodott frisk lokali u n-nuqqas ta’ ħela.

Il-ktieb jinkludi daħla mill-President li fiha tenfasizza l-kunċett li “meta nsajru għall-familja nistgħu nagħmlu għażliet iktar sostenibbli, kemm fix-xiri tal-prodotti kif ukoll fit-tnaqqis tal-ħela, biex b’hekk ikun rispettat ukoll l-ambjent.”

Il-ktieb se jkun qed jinbiegħ fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla, matul il-Fiera tal-Ktieb, li se ssir fl-MFCC, Ta’ Qali u jkun disponibbli mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex.

Il-qligħ kollu mill-bejgħ ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ se jmur għall-iskopijiet ta’ għajnuna li tintalab mill-Malta Community Chest Fund.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.