Midja

Il-President tonora l-memorja tal-vittmi tal-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ħadet sehem fiċ-ċerimonji nazzjonali ta’ Jum it-Tifkira.

Il-President Myriam Spiteri Debono iżżur il-Fiera tal-Ktieb
Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-Fiera tal-Ktieb fejn iltaqgħet ma’ dawk preżenti u ffirmat kopji tal-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’.

Il-President tqassam rikonoxximenti lill-infermiera u l-qwiebel li rtiraw matul is-sena
Il-President of Malta tat rikonoxximenti lill-infermiera u l-qwiebel li rtiraw matul din is-sena.

Il-President tirrikonoxxi l-iskejjel taħt il-programm Eko Skola
Waqt ċerimonja organizzata minn EkoSkola Nature Trust – FEE Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono tat rikonoxximenti lill-iskejjel li laħqu miri ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti mill-programm Eko Skola.

L-Imħallef Emeritu Emeritus Silvio Meli jippreżenta l-pubblikazzjonijiet tiegħu lill-President
Il-President Myriam Spiteri Debono irċeviet ġabra ta’ pubblikazzjonijiet miktuba mill-Imħallef Emeritu Silvio Meli matul il-karriera tiegħu.

Il-President issegwi l-aħħar fażi tal-ipprintjar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’
L-E.T. Myriam Spiteri Debono segwiet l-aħħar fażi tal-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’, li bħal kull sena se jinbiegħ b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Laqgħa bilaterali mal-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kellha laqgħa bilaterali ma’ Mattias Guyomar, il-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-President tindirizza l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
L-E.T. Myriam Spiteri Debono indirizzat lill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-okkażjoni tal-75 sena tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-President tinawgura l-Malta Lounge fi Strasburgu
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, inawgurat il-Malta Lounge, fi ħdan il-European Youth Centre tal-Kunsill tal-Ewropa.