Midja
Il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Eċċellenza Tagħha Victoria Alice Markland Busby OBE, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Il-Kummissarju Għoli esprimiet l-impenn tagħha għal aktar ħidma biex jiġu msaħħa r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi, partikularment fl-oqsma diplomatiċi, kulturali u anke dawk ta’ relazzjonijiet bejn il-popli.
Min-naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono tkellmet dwar ir-rabtiet bilaterali u multilaterali mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi, mibnija fuq sett ta’ valuri komuni.



