Midja

Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Ghana, l-Eċċellenza Tagħha Regina Appiah-Sam ippreżentar l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
 
Min-naħa tagħha, il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Ghana, li hi residenti f’pajjiżna, esprimiet ix-xewqa tagħha li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet sabiex tippromwovi l-kuntatti bejn in-nies u r-relazzjonijiet kulturali. Hija rreferiet għal opportunitajiet ta’ kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, kif ukoll għal skambji interparlamentari, filwaqt li nnotat li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jibbenefikaw minn qsim tal-esperjenzi ta’ xulxin.
 
L-Eċċellenza Tagħha għarfet li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ssaħħew tul is-snin, speċjalment bil-ftuħ tal-ewwel rappreżentanza Maltija fl-Afrika sub-Saħarjana f’Accra ftit tas-snin ilu. Hija qalet li hemm opportunità biex dawn ir-relazzjonijiet jissaħħu, u semmiet is-setturi tal-edukazzjoni u l-ospitalità bħala żewġ niċeċ li jistgħu jiġu esplorati. Il-President semmiet ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni fil-Commonwealth u f’fora internazzjonali oħra.