Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono żaret lill-pazjenti Maltin li jinsabu rikoverati fir-Royal Marsden Hospital, fejn qed jingħataw it-trattament għall-kanċer u kundizzjonijiet mediċi oħra.
Matul iż-żjara tagħha, il-President iltaqgħet ukoll ma’ uffiċjali u professjonisti mediċi, fosthom il-professjonista medika Maltija Laura Borg Turner li sservi fl-isptar Royal Marsden.
Il-President żaret ukoll il-Great Ormond Street Hospital u s-St Bartholomew’s Hospital, fejn qattgħet ħin mal-pazjenti li matul dan il-perjodu barra minn Malta jibqgħu jiġu megħjuna mill-Malta Community Chest Fund.
Fi tmiem iż-żjarat tal-President, uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund għaddew donazzjonijiet lit-tmexxija tal-isptarijiet rispettivi, bil-flus li se jintużaw b’risq it-trattament tal-pazjenti u r-riċerka kontinwa fil-ġlieda kontra l-kanċer u mard ieħor.






